Lokali

L-istat qed jiddomina l-ġeneru tal-persuna

Arkivji

– Edwin Vassallo, PN

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo tkellem dwar id-definizjoni tal-ġeneru kif speċifikat fil-liġi kontra l-abbuż sesswali u qalet li l-fattur bioġoliku ta’ raġel u mara qed ikun injorat.

Bil-liġijiet Maltin kważi mhux se tibqa’ ssir riferenza lejn mara u raġel iżda se jkun l-istat li jkagħti l-għarfien lill-persuna u mhux skont l-istat li din tkun twieldet fih. Hawn sitwazzjoni li kważi mhux permessibbli li persuna jkun kontra, sostna Edwin Vassallo, li qal li l-istat qed isir dominanti fl-aspett soċjali fuq l-aspett naturali.

Hu oġġezzjona għal-loġika li twarrab l-għarfien tal-ġeneru maskil u fennimili u qal li din loġika li qed tkisser il-familja. Qed tinħoloq diżugwaljanza, sostna Edwin Vassallo, li kompla li qed isir rivoluzzjoni li l-istat dieħel fihom iżda li mhux bilfors jaf fejn se jispiċċa.