L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-PACE għadu kemm appova rapport iebes ferm dwar is-Saltna tad-Dritt u l-mod kif tmexxiet l-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Ir-rapport, li ġie approvat bi 72 vot favur, 18 kontra u 3 astensjonijiet, ġie ppreżentat mill-MEP Olandiz Pieter Omtzigt.
Il-Gvern Malti pprezenta 40-il emenda għal dan ir-rapport li kollha ġew rifjutati mill-PACE.
Fost l-oħrajn, fir-rapport tiegħu Omtzigt jelenka għadd ta’ nuqqasijiet fosthom minn naħa tal-Pulizija ta’ Malta li ma talbux informazzjoni mingħand il-Pulizija Ġermaniża li f’idejhom għandhom il-laptop tal-ġurnalita assassinata. Jistaqsi wkoll għaliex ma tteħditx azzjoni kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Ir-rapport jgħid li “l-Assemblea tasal għall-konklużjoni li s-Saltna tad-Dritt f’Malta tinsab mhedda b’sistema bla saħħa ta’ checks and balances u nnutat li persuni bħal Konrad Mizzi, Keith Schembri u Brian Tonna bħal donnhom igawdu minn impunità taħt il-protezzjoni personali tal-Prim Ministru Muscat. L-Assemlea tikkunsidra li dak li ġara fl-aħħar żminijiet f’Malta juri biċ-ċar il-ħsara serja li tirriżulta minn sistema mħassra”
Sadanittant il-Gvern qed jgħid li r-rapport huwa mimli ineżattezzi.
Il-PACE hu magħmul minn Membri Parlamentari minn 47 membru stat tal-Kunsill tal-Ewropa.
//= $special ?>