Futbol Sport

Man United jaslu fi ftehim għall-akkwist ta’ Wan-Bissaka

Manchester United laħqu ftehim ma’ Crystal Palace biex jakkwistaw lid-difensur laterali Aaron Wan-Bissaka. It-trasferiment hu mifhum li hu madwar €56 miljun u l-plejer ta’ 21 sena mistenni jagħmel l-eżami mediku qabel imur għall-vaganzi.

Ir-Red Devils għadhom iridu jilħqu ftehim ma’ Wan-Bissaka u offrew kuntratt fit-tul ta’ €90,000 fil-ġimgħa. Bħalissa hu għandu salarju ta’ ftit aktar minn €10,000 fil-ġimgħa u hu l-anqas plejer imħassar fit-tim ta’ Crystal Palace.

Wan-Bissaka kien mat-tim nazzjonali Ingliż fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-Kampjonat Ewropew ta’ taħt il-21 sena. Hu ngħaqad mal-akkademja ta’ Crystal Palace meta kien għad kellu 11-il sena u għamel id-debutt fl-ewwel tim is-sena l-oħra.

Hu mistenni jsir il-ħames l-aktar trasferiment li sewa flus u se jsir it-tieni akkwist ta’ Manchester United f’dan is-suq tat-trasferimenti wara l-akkwist ta’ Daniel James mingħand Swansea għas-somma ta’ madwar €20 miljun.