Paniku barra l-bini tal-Qorti, hekk kif kulmin kien f’din il-binja ntalab joħroġ ‘il barra immedjatament, minħabba theddida ta’ bomba.
Appena wasal ir-rapport, b’telefonata anonima, l-Uffiċjali tal-Qorti wasslu immedjatament il-messaġġ u beda l-proċess biex il-binja tiżvojta għal kollox.
Issejħu wkoll il-membri mill-Explosive Ordnance Disposal, li bdew tfittxija immedjata madwar il-binja kollha. Għadd ta’ Pulizija ngħaqdu wkoll u raw li s-sitwazzjoni tibqa’ taħt kontroll.
Din mhix l-ewwel darba li l-bini tal-Qorti spiċċa fil-mira ta’ rapporti bħal dawn. Madankollu, f’diversi ċirkostanzi, il-Pulizija jirnexxielha tiskopri min ikun wara dawn l-atti u tarrestah.
//= $special ?>