Tabiba ta’ 26 sena residenti Ħal Għaxaq ittieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fi Triq Dawret Ħal Għaxaq meta għal xi raġuni l-karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa mit-tfajla kienet involuta f’ħabta ma’ Chevrolet Matiz misjuqa minn żagħzugħ ta’ 23 minn Birżebbuġa.
Fuq il-post waslu l-Pulizija tad-distrett kif ukoll tim mediku li ħadu lit-tabiba l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>