Lokali

Tabiba żagħżugħa tweġġa’ gravi f’ħabta head-on

Żagħżugħa ta’ 26 sena minn Ħal Għaaxq sofriet feriti gravi wara li kienet involuta f’ħabta head-on f’Ħal Għaxaq. Fl-inċident, li seħħ dalgħodu fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, kien involut ukoll żagħżugħ ta’ 23 sena minn Birżebbuġa, li kien qed isuq karozza oħra.

Min-naħa l-oħra, irriżulta li ż-żagħżugħa hi Tabiba.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ ukoll tim mediku b’Ambulanza, fejn instab li t-Tabiba kienet mitlufa minn sensiha. Hi ngħatat l-ewel għajnuna fil-post qabel ma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, skortata mill-Pulizija.

Hemm, hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi iżda, fortunatament ma tinsabx fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-parti tat-triq fejn seħħ l-inċident għamlet xi ħin mgħaluqa, b’aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.