Minkejja xahrejn ta’ diskussjonijiet mal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, il-Gvern baqa’ jwebbes rasu u ma ħax azzjoni biex tlett gimgħat ilu ma kienx fadlilhom triq oħra ħlief li ħlief li jagtħu direttivi lill-qwiebel fis-swali Obstetrics 1, 2 u 3.
Id-direttivi ħargu wara li kien hemm dak li jista’ jiġi interpretat bħala diskriminazzjoni ċara bejn qwiebel fl-istess swali, fejn qwiebel partikolari ingħataw roster ferm aktar komdu minn qwiebel oħra. Dan jidher li kien qe isir purament abbażi ta’ min huma jew lil min jafu.
Sitwazzjoni li wasslet għal rabja fost l-istess qwiebel.
Iżda minkejja id-diskussjoniiet u -t-talbiet tal-MUMN lill-Gvern u t-tmexxija tal-isptar, dawn baqgħu ma ħadux azzjoni u għaldaqstant bdew l-azzjonijiet.
Illum, hekk kif dawn id-direttivi daħlu fit-tielet ġimgħa tagħhom, l-amministrazzjoni tal-isptar qablet li l-qwiebel kollha jingħataw l-istess kundizzjoniujiet.
Sadanittant jidher li dawn id-direttivi ħolqu ħafna inkonenjent iżda wkoll diżgwid hekk kif ommijiet bdew jgħidu li l-missirijiet m’għadhomx jitħallew iqattgħu il-lejl mal-omm. Iżda Net News huwa nfurmat li l-konċessjoni li missier iqatta’ l-lejl mal-omm hija prerogattiva tal-midwife in charge, u dan speċifikament fejn ikun hemm każ ta’ omm li tkun batuta jew għandha bżonn sapport extra, u mhix ir-regola għal kull każ.
//= $special ?>