Ambjent Lokali

Approvat il-proġett ta’ Townsquare

Id-disinn il-ġdid ta' Townsquare

Il-Bord tal-Awtorita’ tal-Ippjanar approvat il-proġett Townsquare li se jinbena f’Tas-Sliema.

Il-proġett se jinkludi 159 appartament, restoranti, uffiċini u parkeġġ taħt l-art. It-torri kif ġie propost u approvat se jkun 37 metru anqas għoli minn kif kien id-disinn oriġinali.

Fi stqarrija, l-iżviluppaturi qalu li dan il-proġett kif approvat se jkun jinkludi zona kbira ta’ spazju miftuħ.

Dan apparti li se tiġi rrestawrata l-binja ta’ Villa Drago.