Lokali

FILMAT: Inċident evitat b’ċikka

Jista’ jkun minħabba s-sħana u jista’ jkun għal mitt elf ħaġa oħra. F’filmat li rċevejna persuna qaltilna li esperjenzat sewqan perikoluż fi Triq tal-Balal f’Ħal Għargħur.

Din il-persuna qaltilna li għal ftit sekondi biss, sewqan bħal dan kien se jkorri kemm lilhom u kif ukoll il-vettura li kien hemm fil-kareġġjata l-oħra.

Segwi l-filmat t’hawn fuq biex tara eżatt x’ġara.