Ilbieraħ, iż-żewġ Għaqdiet Mużikali Żabbarin, dawk tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel u s-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae ffirmaw ftehim storiku.
Dan il-ftehim storiku jinkludi fih:
- L-armar fid-dawra tal-Mina tal-Hompesch għall-Festa Titulari tal-Madonna tal-Grazzja;
- Il-Marċ ta’ San Mikiel qabel il-festa titulari; u
- Emendi dwar il-Programmi Mużikali rispettivi tal-Festa.
Dan il-ftehim laħaq il-miri tiegħu wara diskussjonijiet fit-tul bejn iż-żewġ għaqdiet mużikali, li qed iħarsu ’l quddiem għal aktar koperazzjoni dwar numru ta’ temi oħra fosthom l-Istatwa tal-Irxoxt. Dan il-ftehim se jkun ippubblikat wara li jkun uffiċjalment ippreżentat lill-awtoritajiet konċernati.
//= $special ?>