Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Marija Pejcinovic Buric li lbieraħ ġiet eletta Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa. Pożizzjoni importanti u determinanti f’din l-għaqda ta’ 47 pajjiż. Għaqda li tibqa’ t-tarka tad-drittijiet fundamentali tal-miljuni ta’ bnedmin li jgħixu fl-Ewropa.
Dik li hija determinanti fit-tkabbir kostanti ta’ kull demokrazija u tas-saltna tad-dritt. Is-Segretarju Ġenerali hija Kroata, ħabiba ta’ pajjiżna u membru fi ħdan l-Partit Popolari Ewropew. Il-Partit Nazzjonalista jawguralha l-ħidma t-tajba f’organizzazzjoni li għandha fejn tiġġedded u tissoda ruħa.
Dan sostnieh il-PN fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Mifsud Bonnici u minn Jason Azzopardi Membru Sostitut fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives.
//= $special ?>

