Lokali

“Is-settur tal-manifattura għandu bżonn l-għajnuna”

Il-Kamra tal-Kummerċ għal darb’oħra wissiet lill-Gvern li s-setturi tal-manifattura u l-bejgħ sejrin ħażin u qed isibu numru ta’ diffikultajiet.

Kien il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, illi stqarr b’mod dirett li certu setturi mhux ilaħħqu mal-ekonomija u appella biex dawn jiġu mgħejuna.

Xuereb tkellem ukoll dwar is-settur tal-kostruzzjoni f’Malta, u l-problemi relatati ma’ dan is-settur f’pajjiżna fejn appella biex jiżdied il-livell tax-xogħol u l-kwalità.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ tkellmet dwar il-bżonn li l-industrija tal-kostruzzjoni tara titjib fir-reputazzjoni tagħha għaliex iddikjara li l-poplu jixraqlu aħjar.