Il-Pulizija rnexxielhom jaqbdu lil raġel Malti li ilu mfittex għal dawn l-aħħar ġimgħa u nofs.
Dan wara li l-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu hekk kif kien qed jiġi mfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet f’Mejju illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel li allegatament wettaq serqa koppja anzjana minn tas-Sliema.
Ir-raġel ta’ 91 sena u martu ta’ 87 jidher li kienu sofrew ġrieħi serji waqt l-attakk u kawża t’hekk għamlu żmien l-isptar minħabba ġrieħi li sofrew.
Il-Pulizija rringrazzjat lil pubbliku tal-għajnuna.


