Senglea Athletic komplew isaħħu l-iskwadra hekk kif ħabbru l-akkwist ta’ Marcelo Dias. Il-Brażiljan ta’ 33 sena spiċċalu l-kuntratt minn ma’ Hibernians u se jkun qed jagħti għażla lil Mario Muscat kemm bħala difensur fuq il-lemin kif ukoll bħala winger. Dias kien ilu ma’ Hibernians mill-2011 għajr esperjenza qasira ta’ sitt xhur fil-Lebanon.
GŻIRA – Haruna Garba ħalla lil Gżira United għal esperjenza barra l-pajjiż. Garba li deher li se jingħaqad mat-tim Portugiż Maritimo iżda fl-aħħar sigħat l-affarijiet inbidlu hekk kif l-attakkant Niġerjan tħabbar bħala akkwist tal-klabb Ungeriż Debrecen.
Il-midfielder ta’ 31 sena Sebastian Nayar qed jitħarreġ ma’ Gżira United u mistenni jilgħab fl-impenji tagħhom fl-Europa League. Dan hekk kif jagħti għażla oħra lill-kowċ Giovanni Tedesco f’nofs il-grawnd, iżda għadu mhux magħruf jekk hux se jkun qed jinżamm għall-istaġun kollu.
HIBERNIANS – Hibernians jistgħu jakkwistaw lit-Taljan Juri Cisotti mingħanr Mosta. Aktar kmieni dan ix-xahar, Replay żvela li Mosta rċevew interess fil-plejer ta’ 26 sena. Il-winger fadallu sena kuntratt u b’hekk trid tintlaħaq is-somma mitluba minn Mosta.
//= $special ?>