Sport Sport Ieħor

Possibbiltà li Nadal u Djokovic jiltaqgħu fis-semifinali ta’ Wimbledon

Is-sid numru tnejn tad-dinja Rafael Nadal ġie seeded fin-numru tlieta għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Wimbledon wara Novak Djokovic u Roger Federer. Dan ifisser li l-Ispanjol għandu possibbiltà kbira li jkun fl-istess naħa tal-polza ta’ Novak Djokovic u għalhekk jistgħu jiltaqgħu kontra xulxin fis-semifinali. Kieku kien flok Federer, Nadal kien ikollu l-possibbiltà li jilgħab kontra Djokovic fil-finali.

Il-finalist tas-sena l-oħra u s-sid numru tmienja Kevin Anderson hu s-sid numru erbgħa filwaqt li John Isner tela’ fid-disa’ post wara l-mixja tiegħu lejn is-semifinali s-sena l-oħra. Il-progress ta’ Anderson ifisser li Dominic Thiem, Alexander Zverev u Stefanos Tsitsipas kollha niżlu post meta mqabbel mar-ranking tad-dinja.

Il-klassifika tan-nisa tirrifleti r-rankings tad-dinja u għalhekk Serena Williams hi s-sid numru 11 fil-kompetizzjoni. L-ikklassifikar ta’ Wimbledon hu differenti mit-tliet Grand Slams, fis-sens li mhux dejjem isegwi r-rankings tad-dinja u hu affettwat mill-prestazzjonijiet fuq logħob fuq il-ħaxix. Ir-rebbieħa tal-Open ta’ Franza Ashleigh Barty tinsab għall-ewwel darba fil-quċċata tar-rankings qabel bidu ta’ Grand Slam, b’Naomi Osaka u r-rebbieħa tas-sena l-oħra Angelique Kerber fit-tieni u t-tielet post.