Riżultati pożittivi għas-sewwieqa Jonathan Zammit u Kylie Camilleri wara li kkompetew f’Pista Del Sole f’Melilli fi Sqallija. Zammit tat-tim Malti GLD Racing Team rebaħ il-klassi 125 DVS filwaqt li Kylie Camilleri ta’ Gatto Racing spiċċat l-ewwel fil-klassi 125 Junior Rok. Il-provi saru l-Ġimgħa f’temperaturi sħan u komplew is-Sibt bil-finali ssir il-Ħadd.
Jake Agius ukoll ta’ tim Gatto Racing spiċċa t-tielet fil-klassi kompetittiva 125 KZN Shifter Karts li huma tip ta’ karts differenti mill-oħrajn minħabba li għandhom sistema ta’ gearijiet. Agius kien fit-tielet post sa mill-ħin tal-provi iżda minħabba żball fis-semifinali, kellu jibda mill-aħħar iżda xorta rnexxielu jispiċċa r-raba’. Fil-finali li kienet impenjattiva, Jake Agius irnexxielu javvanza post u b’hekk kiseb post fuq il-podju.
//= $special ?>