Futbol Sport

Vince Carbonaro kostrett jinħall mill-kuntratt biex ma jibqax kowċ ta’ Sirens minkejja li xtaq jibqa’

Vince Carbonaro - kowċ ta' Naxxar Lions

Replay hu nfurmat li ntlaħaq ftehim bejn Sirens u Vince Carbonaro biex jinħall mill-kuntratt u ma jibqax il-kowċ tagħhom. Carbonaro mexxa lil Sirens għal promozzjoni storika fil-Kampjonat Premier u għalkemm xtaq li jibqa’ ma’ Sirens, il-klabb iddeċieda mod ieħor. Sirens kellhom iħallsu nofs is-somma tal-kuntratt skont ir-regoli tal-MFA. Steve D’Amato hu l-favorit li jeħodlu postu.

Aktar kmieni dan ix-xahar kien iltaqa’ l-Complaints Boards tal-MFA fejn ġew diskussi żewġ ilmenti dwar l-istess sitwazzjoni minn Carbonaro kontra Sirens u viċi versa. Fl-ilment tiegħu, Carbonaro kien iddikjara li l-klabb qed jipprova jitterminalu l-kuntratt tiegħu u talab li jitħallas b’mod sħiħ għall-kumplament tal-kuntratt.

Sirens iddikjaraw li bl-ilment tiegħu Carbonaro kien qed jiddikjara li ttermina l-kuntratt tiegħu. Huma talbu li Carbonaro kellu jħallas somma daqs nofs is-salarju tiegħu sa tmiem il-kuntratt. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Bord kien iddeċieda li Vince Carbonaro kien għadu l-kowċ tal-klabb skont il-kuntratt tiegħu. Fl-istaġun li ġej, Sirens se jkunu qed jilagħbu fil-Kampjonat Premier għall-ewwel darba.

Tags