Żewġt irġiel ta’ nazzjonalità barranija sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident ġewwa t-Tarzna. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel Rumen ta’ 48 sena kien qed isuq forklifter ġewwa l-baċir meta għal xi raġuni laqat raġel, Rumen ukoll, u waqgħu l-baħar. L-irġiel ittellgħu l-art minn ħaddiema oħra li kienu fil-baċir.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u permezz t’ambulanza l-irġiel ittieħdu minnufih l-isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin – kelliema għall-kumpanija Palumbo saħqu li qed jimmonitoraw is-sitwazzjoni mill-viċin.
//= $special ?>