Lokali

Żewġ persuni jweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Arkivji

Ġuvni u tfajla sofrew ġrieħi gravi wara li s-sewwieq baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Marsaskala.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li x’aktarx ġuvni ta’ 20 sena residenti s-Siġġiewi tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, tat-tip Volkswagen Golf, u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl. Tfajla ta’ 20 sena residenti Ħal Għaxaq kienet passiġġiera fl-imsemmija vettura. Iż-żewġ persuni ttieħdu immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġew iċċertifkati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.