Lokali

Jidħol f’pajjiżna b’€35,000 mhux iddikkjarati

Uffiċjali tal-iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana waqqaf passiġġier li wasal f’pajjiżna fuq titjira minn Tunis u li kellu fuqu ftit inqas minn €35,000 fi flus kontanti. Flus li ma kienux iddikkjarati.

Il-passiġġier wasal Malta fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu u mas-sejba tal-flus mill-Uffiċjali tad-Dwana, infetħet investigazzjoni dwaru.

€10,000 ġew irritornati lill-passiġġier filwaqt li l-kumplament tal-flus inżammu mid-Dwana.

Il-Pulizija ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus ġew infurmati u l-passiġġier inżamm taħt arrest.