Futbol Sport

L-Arġentina kontra l-Brażil fis-semifinali tal-Copa America

(Ritratt: EPA)

L-avversarji tal-Brażil fis-semifinali tal-Copa America se jkunu l-Arġentina wara li l-Albiceleste rebħu 2-0 kontra l-Venezwela. B’hekk sar pass ieħor biex l-Arġentina tasal għat-tielet finali konsekuttiva tal-Copa America. Huma tilfu l-aħħar żewġ edizzjonijiet bl-għoti tal-pentlies miċ-Ċili.

L-Arġentini marru minn fuq wara 10 minuta bl-attakkant Lautaro Martinez jiskorja bit-takkuna wara li xellef għal ġewwa xutt fil-baxx ta’ Sergio Aguero. Huma għalqu l-logħba kwarta mit-tmiem meta Wuilker Farinez ma żammx ix-xutt ta’ Aguero u Giovanni Lo Celso kien pront u skorja mill-viċin.