Salvini jkompli jirreżisti. Din id-darba battibekk jaħraq mal-Gvern Olandiż, hekk kif is-Sea Watch 3, li huwa rreġistrat propju l-Olanda, sfida lill-Italja u daħal eqreb lejn il-port ta’ Lampedusa.
Fuq is-Sea Watch 3 issa hemm 40 immigrant li issa ilhom abbord mit-12 ta’ Ġunju. Sa issa minn fuq il-vapur tniżżlu 13 mit-53 persuna li oriġinarjament kienu abbord, b’żewġ persuni jitniżżlu fl-aħħar sigħat minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Sadanittant, delegazzjoni Parlamentari Taljana telgħet abbord il-vapur biex titkellem mal-volontiera tal-NGO.
Filwaqt li l-Gvern Olandiż assuma r-responsabbiltà dwar il-fatt li l-vapur hu rreġistrat f’pajjiżu, qal li “dan ma jfirssirx li se jkun qed jassumi r-responsabbiltà għall-immigranti”.
Fir-reazzjoni tiegħu, il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini qal li din mhux se tieqaf hawn mal-Gvern Olandiż u qal ukoll li jixtieq jara kif kienet taġixxi l’Olanda li kieku kien hemm vapur Taljan idur u jagħqad fil-port ta’ Rotterdam. Hu kompla jgħid li min jgħin fit-traffikar tal-persuni ibati l-konsegwenzi.
Kelliem tal-NGO tas-Sea Watch 3 qal li s-sitwazzjoni abbord is-Sea Watch hija waħda ta’ disprament hekk kif l-immigranti ilhom 16-il ġurnata jistennew li jitniżżlu l-art.
//= $special ?>