Internazzjonali

Sħana rekord fi Franza

It-temperaturi fi Franza mistenijja jilħqu l-ogħla temperaturi li qatt laħqu kawża ta’ heatwave li bħalissa għaddejja minn fuq l-Ewropa.

Ir-rekord attwali kien intlaħaq fl-2003 meta kienu mietu eluf ta’ nies kawża ta’ temperatura li laħqet 44.1C.

F’rispons, is-servizz nazzjonali tat-temp fi Franza ħareġ twissija ħamra għal erba’ reġjuni fin-nofsinhar tal-pajjiżfilwaqt li l-maġġoranza tal-pajjiż tibqa fuq twissija oranġjom li hija t-tieni l’ogħla twissija wara dik ħamra.

Fil-Ġermanja, fi Franza, fil-Polonja u fir-Republika Ċeka kien hemm l-ogħla temperaturi li qatt ra Ġunju filwaqt li fi Spanja, pumpieri għaddejin f’battalja f’Katalunja, f’dawk li huma meqjusa l-agħar nirien fl-aħħar 20 sena.

Meteoroloġisti qed jgħidu li l-arja sħuna qed tiġi mill-Afrika ta’ Fuq u qed tkun kawżata minn pressjoni għolja fuq l-Ewropa ċentrali u minn maltempata li waqfet fuq l-Atlantiku.

Esperti qalu li diffiċli biex tgħid li dan qed jiġi kkawżat mit-tisħin globali (Global Warming) iżda saħqu li filwaqt li estremitajiet fit-temp iseħħu b’mod naturali, dawn ser jiġru b’mod aktar regolari kawża tat-tibdil fil-kliema (Climate Change).