Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Mellieħa sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45pm tal-bieraħ u l-Pulizija ġiet infurmata marru immedjatament fuq il-post fi Triq is-Salina, in-Naxxar.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li għal xi raġuni iż-żagħzugħ li kien qed isuq mutur tat-tip Keeway kellu impatt ma’ vettura tal-għamla Fiat li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>