Ekonomija Lokali

Żbilanċ ta’ €68 miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern

Id-dejn tal-Gvern jiżdied b'€104.5 miljun

Ċifri uffiċjali tal-NSO jikkonfermaw deficit għal xahar ieħor – żbilanċ ta’ €67.4 miljun fil-Fond Konsolidat. Dan hekk kif fl-ewwel ħames xhur tas-sena kien hemm żieda qawwija fl-ispiża tal-Gvern.

L-ispiża rikorrenti tal-Gvern żdiedet b’€197 miljun.

F’Mejju li għadda, id-dejn tal-Gvern kien ta’ €5,490 miljun – żieda ta’ €104.5 miljun fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.