Id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li rrifjutat applikazzjoni ta’ żvilupp ta’ restorant ġiet mibdula mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT). Dan ħabbru l-Istitut tax-Xjenzi Spazjali permezz ta’ komunikat fuq il-media soċjali.
Id-Dwejra hi sit ta’ Natura2000 u meqjusa Żona ta’ Wirt Sema Dlam (Dark Sky Heritage Area) taħt il-GZ-DARK-1 tal-Pjan Lokali ta’ Għawdex u Kemmuna tal-2006. Din hija waħda mill-ftit siti fuq il-gżira li minnha wieħed jista’ josserva l-galaxy Milky Way.
L-awtorità issa ġiet ordnata mill-EPRT biex toħroġ il-permess.
Kalkoli mill-Istitut tax-Xjenzi Spazjali u l-Astronomija tal-Università ta’ Malta (ISSA), wrew li s-sema ta’ filgħaxija fid-Dwejra diġa qed jiġi affettwat ħażin bid-dawl attwali, li qed jikkawża rrduppjar fil-luminożità.
Intant kien hemm reazzjoni wkoll minn Nature Trust – FEE Malta fejn fi stqqarrija tirreferi għad-deċiżjoni diżastruża mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar li tinqaleb deċiżjoni tal-Awtorità ta’ l-Ippjanar li tirrifjuta xogħlijiet ta’ tisbiħ f’ristorant f’Għawdex. Huwa ċar li l-membri ta’ dan it-tribunal mhumiex tajbin għall-iskop u ma jistgħux iqiegħdu kunsiderazzjonijiet ambjentali qabel l-interessi kummerċjali.
Id-Dwejra hija sit tan-Natura 2000 u żona ta’ Protezzjoni Speċjali magħżula taħt id-Direttiva dwar l-Għasafar Selvaġġi. Huwa wkoll wieħed mill-ftit żoni li fadal fejn wieħed jista’ josserva s-sema ta’ bil-lejl ‘il bogħod mill-ħażna u t-tniġġis tad-dawl li jkopri l-Gżejjer tagħna.
Ironikament, gvernijiet suċċessivi ppruvaw jiksbu għad-Dwejra l-istatus prestiġjuż ta’ Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO, li kien ikun ta’ qligħ kbir għall-industrija tat-turiżmu. Madankollu, fl-istess ħin huma, b’mod moħbi jew xi kultant saħansitra bil-miftuħ, appoġġaw ir-ristorant inkwistjoni biex jiffinanzja l-inħawi tiegħu.
//= $special ?>