Formula 1 Sport

FILMAT: Hamilton jingħata penalità ta’ tliet postijiet

Lewis Hamilton se jibda l-Grand Prix tal-Awstrija mill-ħames post wara li ngħata penalità ta’ tliet postijiet wara li tellef lil Kimi Raikkonen waqt l-ewwel fażi tal-provi uffiċjali.

L-inċident seħħ fit-tielet kantuniera b’Hamilton joħroġ barra miċ-ċirkwit fit-tentattiv li ma jostakolax lil Raikkonen iżda kien tard wisq u wassal biex tellef il-ħin tal-Finlandiż, bis-sewwieq ta’ Alfa Romeo juri d-disapprovazzjoni tiegħu għal din id-deċiżjoni.

Din l-aħbar wasslet biex iż-żagħżugħ ta’ McLaren Lando Norris se jibda t-tellieqa mir-raba’ post għall-ewwel darba fil-karriera hekk kif Kevin Magnussen li għamel il-ħames l-aħjar ħin, għandu penalità ta’ ħames postijiet minħabba bidla fil-gearbox.