Futbol Sport

Il-Kamerun tibqa’ b’ċans tajjeb li tgħaddi mal-aħħar 16 minkejja draw kontra l-Ghana

Iċ-champions Afrikani l-Kamerun baqgħu fil-quċċata ta’ Grupp F wara draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Ghana. Il-ħames darbiet rebbieħa li kienu rebħu kontra l-Ghana 2-0 fis-semifinali ta’ sentejn ilu, marru l-aktar viċin fl-ewwel taqsima b’Richard Ofori jċaħħad lil Christian Bassogog. Il-Ghana kważi rebħet il-logħba tard fil-konfront meta s-sostitut Owusu Kwabena laqat il-mimduda.

B’erba’ mill-aħjar sitta li jispiċċaw it-tielet fil-grupp jgħaddu mal-aħħar 16, il-Kamerun tinsab f’pożizzjoni tajba li tikkwalifikaw. Dan wara li huma rebħu l-ewwel konfront b’rebħa ta’ 2-0 kontra l-Guinea-Bissau filwaqt li l-Ghana spiċċat 2-2 kontra l-Benin fl-ewwel ħarġa.

Minn Grupp E, l-Angola kellha tikkuntenta bi draw ukoll ta’ mingħajr gowls kontra l-Mauritania wara li l-gowl lejn it-tmiem ta’ Geraldo kien imħassar. Hu kien ħaseb li skorja l-gowl tar-rebħa iżda l-gowl kien imħassar ġustament għal offside.

L-Angola ssir trid tirbaħ kontra l-leaders ta’ Grupp E l-Mali biex tikkwalifika filwaqt li l-Mauritania ttemm l-impenji kontra t-Tuneżija fl-istess ġurnata. L-Angola naqset li tibni fuq id-draw pożittiv ta’ 1-1 kontra t-Tuneżija

Riżultati

Grupp E: Mauritania v Angola 0-0

Grupp F: Kamerun v Ghana 0-0, Benin v Guinea-Bissau 0-0

Logħob li jmiss

Grupp A: Uganda v Eġittu 9.00pm, Żimbabwe v Kongo 9.00pm

Grupp B: Burundi v Guinea 6.00pm, Madagascar v Niġerja 6.00pm