Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal tliet immigranti Marokkini li rnexxielhom jaħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi.
Il-ħarba tat-tliet immigranti seħħet illum waranofsinhar. Madankollu, il-Pulizija ma tatx aktar dettalji dwar x’wassal għall-ħarba.
Minflok, kelliem għall-Pulizija sempliċiment ikkonferma li għaddejjin it-tfittxija għat-tliet persuni, mingħajr ma spjegat jekk it-tfittxijiet hux isiru biss fiż-żona ta’ Ħal Safi jew f’xi żoni oħra madwar il-gżira.
//= $special ?>