L-Istati Uniti u ċ-Ċina qablu li jerġgħu jiftħu d-diskussjonijiet dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi wara li Washington mhux se jkun qed jintroduċi tariffi ġodda fuq importazzjonijiet ta’ prodotti miċ-Ċina. Dan kien irrapportat mill-aġenzija tal-aħbarijiet Ċiniża Xinhua, bil-President Amerikan Donald Trump ukoll jikkonferma li t-taħdiet bejn iż-żewġ pajjiżi reġgħu bdew.
Kien hemm stennija kbira għal-laqgħa li żvolġiet illum bejn Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping, b’esperti ekonomiċi jittamaw li l-laqgħa twassal għal nuqqas ta’ tensjoni bejn iż-żewġ l-akbar ekonomiji dinjin.
Iż-żewġ mexxejja ltaqgħu fil-belt Ġappuniża ta’ Osaka, hekk kif kien qed jiżvolġi wkoll is-summit tal-mexxejja tal-G20.
Il-gwerra kummerċjali li nħolqot bejn iż-żewġ pajjiżi diġà swiet lil kumpaniji fiż-żewġ pajjiżi biljuni ta’ dollari.
//= $special ?>