Meta konna żgħar fl-iskola u d-dar kienu jgħidulna biex niċċekkjaw xogħolna darba darbtejn qabel ma ntuh lill-għalliema ħalli żgur ma jaħarbilniex xi żball.
Kienet prassi tajba għax xi żball żgħir dejjem konna nsibuh, u b’hekk konna nirranġawh. Sfortunatament, il-kumpannija responsabbli għal ħafna mit-tabelli li naraw fi triqatna ma tidhirx li taqbel mal-idea li tiċċekkja xogħlok qabel tvarah pubblikament, u biex ngħidu l-verità, aħjar tibda tagħmel dan illum qabel għada.
Il-paġna Il-Malti Madwarna fuq Facebook qalet li għax għal darba ntebħet li l-post jismu “Tal-Pietà” u mhux “Pietà” biss, xorta kellha tieħu żball: tefgħet l-aċċent grafiku fuq il-vokali l-ħażina. L-aċċent kellu jkun fuq l-a ta’ “Pietà” u mhux fuq l-a ta’ “Tal-“.
Apparti wkoll li suppost kitbu “Il-Belt Valletta” u mhux “Valletta” biss.
Naħseb hemm bżonn ta’ twiddiba mill-għalliema jew mill-ġenituri, biex ix-xogħol li jagħmlu fis-sinjali tat-toroq tagħna, jiċċekjawh darbtejn.
//= $special ?>