Lokali Sport

Organizzata Konferenza dwar l-isport u l-Unjoni Ewropea

Ġiet fi tmiema l-Konferenza Nazzjonali Sport u l-Unjoni Ewropea organizzata mill-Malta Association of Sport Lawyers fejn mill-indirzz tal-ftuħ mill-President Dr.Robert Dingli u mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima, kienu bosta l-argumenti diskussi fosthom dak li seħħ f’dawn l-aħħar snin fil-politika tal-isport fi ħdan l-Unjoni Ewropea u proġetti Erasmus.

Suġġetti oħra trattati kienu dwar il-governanza tal-isport u ż-żgħażagħ fl-isport. Atleti Maltin fosthom Dino Zammit, Claire Azzopardi, u Rowen Muscat kienu f’laqgħat dwar kif atleti Maltin iħarsu lejn il-professjonaliżmu u l-isfidi li għandhom.

Filwaqt li argumenti topiċi b’rabta mal-aġenti tal-isport, drittijiet fl-isport, finanzjament u match fixing kif ukoll il-mod kif wieħed jista’ jgħix ahjar permezz tal-isport. Fi tmiem il-konferenza indirizza wkoll lil dawk preżenti il-Kelliem għall-Isport tal-Partit Nazzjonalista Ryan Callus fejn ittratta b’mod ġenerali bosta mis-suġġetti trattati fl-istess Konferenza.