Iċ-Ċili rnexxielha tegħleb l-isfida tal-Kolombja u għaddiet għas-semifinali tal-Copa America. B’hekk iċ-Ċileni għadhom biċ-ċans li jsiru l-ewwel nazzjon mis-snin 40 li jirbaħ tliet edizzjonijiet wara xulxin.
Huma rebħu 5-4 bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba fil-ħin regolamentari spiċċat 0-0. Il-penalty deċiżiv ġie skorjat minn Alexis Sanchez, bl-unika penalty fallut ikun ta’ William Tesillo, bil-plejers Ċileni jixxuttjaw ħames penalties mill-aqwa.
Il-Kolombja ġiet eliminata wkoll miċ-Ċili fis-semifinali tal-Copa America tliet snin ilu. Iċ-Ċileni kienu wkoll sfortunati li fil-ħin regolamentari kellhom gowl ta’ Charles Aranguiz fl-ewwel taqsima u gowl ta’ Arturo Vidal fit-tieni taqsima t-tnejn imħassra għal offside.
//= $special ?>