Futbol Sport

Suarez ifalli l-penalty u l-Urugwaj tispiċċa eliminata mill-Copa America

(Ritratt: EPA)

L-avversarji taċ-Ċili se jkunu il-Perù wara li b’mod simili tal-logħba bejn il-Kolombja u ċ-Ċili eliminat lill-Urugwaj. Il-logħba fil-ħin regolamentari spiċċat ukoll 0-0, bil-logħba tgħaddi dirett għall-għoti tal-penalties.

Kien l-attakkant Luis Suarez li falla l-ewwel penalty wara li x-xutt kien salvat minn Pedro Gallese. Edinson Cavani, Cristian Stuani, Rodrigo Bentancur u Lucas Torreira skorjaw għall-Urugwaj. Paolo Guerrero, Raul Ruidiaz, Yoshimar Yotun u Luis Advincula skorjaw l-erba’ penalties tal-Perù, b’Edison Flores jiskorja l-penalty deċiżiv.