Knisja Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Sr Edmondina

Kienet Kap tal-Iskola Sekondarja St Francis

Dawk li fis-snin tal-edukazzjoni tagħhom għaddew xi snin fl-Iskola Sekondarja ta’ St Francis jinsab maħsud hekk kif, illejla, tħabbret il-mewt ta’ Sr Edmondina, li kienet il-Kap tal-Iskola.

Fil-fatt, fuq Facebook, diversi Sorijiet u eks Studenti ta’ din l-Iskola qed iwasslu s-sogħba tagħhom b’tislima għal din is-Soru.

Ma jonqsux ir-ringrazzjamenti fil-konfront tagħha għall-mod kif, bid-dixxiplina tagħha, sawret fihom valuri mill-isbaħ li għadhom qed igawdu sal-lum il-ġurnata.