L-Olanda tinsab fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba wara li f’Valenciennes eliminaw lit-tim nazzjonali Taljan 2-0 b’żewġ gowls fl-aħħar kwart tal-logħba. Mal-aħħar erbgħa jiltaqgħu kontra r-rebbieħ bejn il-Ġermanja u l-Iżvezja.
L-Olandiżi qed jipparteċipaw fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba u erba’ snin ilu kienu eliminati mal-aħħar 16 filwaqt li sentejn ilu rebħu l-Kampjonat Ewropew. Din it-telfa temmet l-esperjenza tal-Italja f’din l-edizzjoni. Huma kienu s-sorpriża pożittiva wara li spiċċaw l-ewwel fi grupp li kien fih il-Brażil, l-Awstralja u l-Ġamajka qabel għelbu liċ-Ċina mal-aħħar 16.
Fl-ewwel taqsima l-logħba kienet pjuttost bilanċjata iżda fit-tieni taqsima ddominaw u laqtu wkoll il-mimduda permezz ta’ Danielle van de Donk. Huma fetħu l-iskor fis-67 minuta bi free-kick mix-xellug ta’ Sherida Spitse jsib lil Vivianne Miedema li ltaqgħet mal-ballun u għelbet lil Laura Giuliani minn pożizzjoni ċentrali. L-Olandiżi għalqu l-logħba fit-80 minuta meta din id-darba kienet Stefanie van der Gragt li skorjat wara free-kick ieħor ta’ Spitse.
//= $special ?>