Sport

156 mistieden f’34 programm minn din is-sensiela

Illum fis-6.05pm fuq Net Television se jixxandar il-35 programm mis-sensiela Sport Extra li hu l-aħħar programm tas-sensiela 2018/19. Bi produzzjoni ta’ Charles Camenzuli, matul l-34 programm f’madwar 18-il siegħa ta’ servizzi, ġew intervistati xejn anqas minn 156 atleta jew uffiċjal tal-isport minn 25 dixxiplina differenti.

Sport Extra jibqa’ wkoll uniku għall-fatt li matul dawn il-programmi ġew intervistati xejn anqas minn 33 personalità bejn rebbieħa Olimpiċi jew rebbieħa ta’ Kampjonati tal-Ewropa jew tad-Dinja.

Fi programm 35 tal-lum b’muntaġġi ta’ Samira Cachia Spiteri, se jixxandru siltiet mill-intervisti ma’ uħud minn dawn il-personalitajiet kemm Maltin kif ukoll barranin. Din is-sena, żewġ programm inġibdu wkoll barra pajjiżna u li kienu l-ewwel programm f’Capri u dak tal-ġimgħa li għaddiet f’Napli b’rabta mal-Universiade.