Kienet din id-distanza li għomew Neil, Hannah, Steven, Andrew u Richard biex jappoġġjaw l-organizzazzjoni WaveOfChange li tqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet ambjentali li Malta qed tiffaċċja bħalissa, primarjament skart tal-plastik mormi fil-baħar.
Kmieni s-Sibt filgħodu, fit-3.15am, l-għawwiema tal-WaveOfChange bdew l-għawma tagħhom minn Ħondoq ir-Rummien, bl-appoġġ ta’ 30 persuna fuq 10 dgħajjes.
L-ewwel li wasal lura Ħondoq ir-Rummien kien Neil Agius li rnexxiellu jagħmel l-ghawma f’10 sigħat u żewġ minuti bl-aħħar persuna li tasal tieħu total ta’ madwar 13-il siegħa.
Jistenna l-wasla tal-għawwiema kien hemm fost l-ohrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. F’kumment fuq il-media socjali hu stqarr illi din l-inizjattiva turi li mhux biss trid temmen fil-kawża iżda trid tistinka biex issir bidla. Dan irid isir fl-interess tal-pubbliku in-ġenerali fejn fost l-oħrajn diġa saru inizzjattivi bħal kayak to clean – 81km madwar Malta kif ukoll ġirja madwar Malta kollha kif ukoll għawma ta’ 70km madwar Malta.
Dan kollu jikkonsisti f’kampanja li tagħti l-opportunita lil kulħadd biex inaqqas l-iskart tal-plastik u l-ammont tal-plastik li jispiċċa fl-ibħra tagħna fejn għaddej ukoll bħalissa l-#waveofchange challenge fejn persuna tiġi nominata biex tiġbor tliet biċċiet ta’ skart mill-baħar filwaqt li tinnomina tliet persuni oħra biex jagħmlu l-istess – sfida li għamel ukoll il-Kap tal-PN Adrian Delia.
Tajjeb li wieħed isemmi li 381 miljun tunnellata ta’ plastik ġew prodotti fl-2017 filwaqt li 9% biss tal-plastik li qatt ġie prodott ġie riċiklat. Miljun annimal tal-baħar jinqatlu annwalment bil-plastik fejn fot oħrajn 70% tal-ħut kollu ġarrab il-plastik.
//= $special ?>