Lokali

Aġġornata: Jaqleb għall-aħjar ir-raġel li kien fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 45 sena li ttella’ mill-baħar minn nies li kien hemm viċin tiegħu hekk kif kien qed jgħereq minħabba mewġ qawwi li qed jaħkem lil gżejjer Maltin, qaleb għall-aħjar.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 9 ta’ filgħodu fuq bajja viċin Triq it-Torri Tas-Sliema, b’dawk preżenti sejħu għall-għajnuna ta’ tim mediku.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt. Fortunatament, jidher li r-raġel qaleb għall-aħjar hekk kif iddaħħal l-Isptar.

Bil-każ ġie nfurmat l-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.