Lokali

Ir-raġel Żejtuni li ttella’ mejjet mill-baħar f’St Peter’s Pool hu Vince Zahra

Għall-ħabta tal-4.15 tal-bieraħ wara nofsinhar intlemaħ katavru fil-baħar f’St Peter’s Pool. Persuni li tellgħu lir-raġel fuq l-art provaw jagħtuh in-nifs iżda jidher li kien kollu għalxejn għaliex kien diġa tilef ħajtu. Ir-raġel ġie identifiakt bħala Vince Zahra, Żejtuni ta’ 68 sena.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili, membri tas-Salib l-Aħmar, u pulizija tad-distrett. Kien hemm ukoll ambulanza biex tagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma madanakollu dan kien kollu għalxejn. Dan hekk kif jidher li r-raġel kien diġà mejjet.

Mhux eskluż li l-katavru nġar mill-kurrent lejn il-kosta msemmija.

Bħalissa l-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijet tagħhom biex jistabbilixxu d-dinamika tal-każ.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.