Raġel li aktarx hu ta’ nazzjonalità Serba nqabad minn kameras tas-sigurtà waqt li jipprova jidħol f’bar li jinsab f’San Pawl il-Baħar.
Fortunatament għas-sidien, hu ma rnexxielux jagħmel dan. Iżda minflok, biex ma jitlaqx b’idu vojta, iddeċieda li jisraq żewġ siġġijiet.
Is-sidien tal-istabbiliment issa qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku biex jidentifikaw lill-ħalliel.