Lokali

Il-Knisja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi iddikjarata bħala Kolleġġjata

Waqt il-Quddiesa Pontifikali ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna li saret fil-Knisja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, l-Arċisqof iddikjara lil din il-Knisja bħala Kolleġġjata.

Tkellimna ma’ Dun Mario Mangion, l-Arċipriet ta’ din il-Knisja, fejn spjegalna aħjar xi jfisser t-Terminu ‘Kolleġġjata’.

Qalilna li meta ssir kolleġġjata, Knisja jkollha grupp ta’ qassisin magħruf bħala ‘Kapitlu’ tagħha. Il-Qassisin ikunu marbutin b’ċerti servizzi bħal per eżempju jiltaqgħu biex jitolbu, qrar. Kull qassis ikollu ir-responsabbiltajiet tiegħu

Il-Ġorġjani qed jiċċelebraw il-festa tagħhom, fejn illejla fis-7pm il-vara ta’ San Ġorġ toħroġ fit-toroq ta’ Ħal Qormi.