Ikomplu jaslu iktar immigranti f’pajjiżna… hekk kif ilbieraħ filgħaxija daħal Malta grupp ta’ 24 immigrant. Immigranti li ġejjin mis-Sirja u mil-Libja. Jidher li l-maġġoranza ta’ dawn l-immigranti huma tfal. Filfatt fuq id-dgħajsa kien hemm ħamest irġiel, erba’ nisa u ħmistax-il tifel u tifla.
Skont informazzjoni li waslitilna jidher li dawn l-immigranti waslu Malta b’mod illegali. Filfatt kien sajjied li kien fil-viċinanzi li rrapporta lill-AFM bil-wasla tagħhom fl-inħawi tal-Qajjenza għall-ħabta tas-sitta.
L-AFM mal-ewwel bdiet bil-ħidma tagħha biex tiġbor lil dawn l-immigranti minn dawn l-inħawi fejn iddaħħlu f’Xatt it-Tiben għall-ħabta tat-8.30 ta’ filgħaxija.
Din l-ahhar wasla qed tkompli izzid mal-mewġa ta’ immigranti li qed jaslu f’pajjiżna. Dan hekk kif il-Ħamis li għadda il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 66 immigrant ieħor li talbu għall-għajnuna waqt li kienu f’żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.
Dan kollu jfisser li fl-aħħar xhur, f’pajjizna ddaħħlu kważi 855 immigrant.
//= $special ?>