Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara allegazzjonijiet li sawwat lill-ġenituri tiegħu

Il-Ħadd filgħodu Keith Agius tressaq il-Qorti u nżamm arrestat wara akkużi miġjuba kontrih li refa’ idejh fuq ommu u missieru.

Kien missier Keith, li ċempel u informa lil pulizija li kien għaddej argument bejn il-membri tal-familja tiegħu, b’ibnu isawwat kemm lilu u kif ukoll lil ommu,
it-tnejn residenti Ħal Qormi.

Il-Qorti semgħet kif din ma kinitx l-ewwel darba li ġew imsejħa l-Pulizija f’din id-dar. Madanakollu, f’dan l-aħħar każ il-ġenituri kellhom jittieħdu fl-eqreb ċentru tas-saħħa minħabba ġrieħi ħfief li sofrew. Iktar tard il-missier kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Fil-Qorti, omm l-imputat talbet biex binha ma jersaqx iktar lejn darha.

L-avukat tal-għajnuna legali, Victor Bugeja talab għal ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni opponiet it-talba hekk kif l-omm u l-missier għadhom iridu jixhdu.

Il-Maġistrat Joe Mifsud innota kif l-akkużat kellu mat-13-il akkuża kontrih. Dan fid-dawl li r-risk assessment ta’ Aġenzija Appoġġ dwar l-akkużat hu wieħed għoli u ta’ periklu.Għal dawn ir-raġunijiet il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kylie Borg.

Il-Ħadd filgħodu Keith Agius ittella’ l-Qorti u nżamm arrestat wara akkużi miġjuba kontrih li refa’ idejh fuq ommu u missieru.

Missier Keith, kien ċempel u informa lil pulizija li kien għaddej argument bejn il-membri tal-familja tiegħu, b’ibnu sawwat kemm lilu u lil ommu,
it-tnejn residenti Ħal Qormi.

Fil-Qorti ssemma kif din ma kinitx l-ewwel darba li ġew imsejħa l-Pulizija f’din id-dar.

Madanakollu, f’dan l-aħħar każ il-ġenituri kellhom jittieħdu fl-eqreb ċentru tas-saħħa minħabba ġrieħi ħfief li sofrew. Iktar tard il-missier kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Fil-Qorti, omm l-imputat talbet biex binha ma jersaqx iktar lejn darha.

Minkejja li l-avukat tal-għajnuna legali, Victor Bugeja talab għal ħelsien mill-arrest, dan ġie miċħud mill-prosekuzzjoni hekk kif l-omm u l-missier għadhom iridu jixhdu.

Il-Maġistrat Joe Mifsud innota kif l-akkużat kellu mat-13-il akkuża kontrih. Dan fid-dawl li r-risk assessment ta’ Aġenzija Appoġġ dwar l-akkużat hu wieħed għoli u ta’ periklu.

L-akkużat ċaħad il-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kylie Borg.