Sport Sport Ieħor

Prestazzjoni tajba oħra għal ġerrej Malti li jirbaħ fl-Awstrija

Redent Magro, ġerrej żagħżugħ Malti kellu prestazzjoni tajba ferm fl-Awstrija u rnexxielu wkoll joħroġ rebbieħ biż-żiemel World Law AD. Hekk kif Malta ipparteċipat għall-ewwel darba fit-Tazza FEGAT li hija l-Kampjonat Ewropew ghall-Sewwieqa Amateurs tat-Trott.

Is-sewwieq Malti kellu prestazzjoni tajba ferm fejn il-kompetizzjoni saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa ta’ Wels l-Awstrija. Sfortunatament fiż-żewg tiġrijiet l-oħra kellu tfixkil mill-parteċipanti l-oħra u telfulu ċ-ċans li jirbaħ il-kampjonat overall. Redent Magro se jirritorna lura Malta illum.

Din il-parteċipazzjoni saret grazz għall-Malta Racing Club fejn biex is-sewwieqa Maltin ikollhom aktar opportunitajiet fix-xena internazzjonali, l-assoċjazzjoni daħlet membru fl-Assoċjazzjoni Ewropea għal sewwieqa amatuers.

Magro, ta’ 26 sena, pparteċipa ma’ 10 sewwieqa oħra li ġejjin mill-Awstrija, Finlandja, Ġermanja, Italja, Norveġja, Olanda, Russja, Spanja, Żvezja u Ungerija. Il-Malti kien qed jirrappreċenta lil Malta għall-ewwel darba, għalkemm fuq bażi personali diġa’ għandu esperjenza fix-xena nternazzjonali. Huwa ilu jsuq minn Jannar tal-2010 fejn rebaħ total ta’ 105 tiġrijiet (inkluża tal-bieraħ), 14- minnhom din is-sena.