Il-lejl li għadda ġew arrestati erba’ persuni hekk kif f’appartament fis-Swieqi nstab ammont sostanzjali ta’ droga flimkien ma’ ammont sostanzjali ta’ flus.
Jidher li fl-appartament instab mal-kilo trab abjad issuspettata droga kokaina u madwar 3.5 kilo ssuspettata li hi ħaxixa tal-kannabis.
L-arrestati huma tliet irġiel residenti l-Mosta, San Pawl il-Baħar u l-Ħamrun, bl-età tagħhom tvarja bejn it-33 u s-46 sena. Magħhom ġiet arrestata wkoll mara ta’ 34 sena mill-Ħamrun.
Il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri ġie nfurmat bis-sejba fejn ħatar injesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, ir-raġel residenti l-Mosta mistenni li jitressaq b’arrest il-Qorti għada quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.
//= $special ?>

