Raġel ta’ 40 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur il-bieraħ tard wara nofsinhar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 40 sena residenti l-Fgura, tilef il-kontrol tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Piaggio Vespa u waqa’.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>