Lokali

TWISSIJA: Evita bajjiet li se jinħakmu minn riħ qawwi

Arkivji

Fl-aħħar ħin ħarġet twissija minn Malta Red Cross biex bajjiet fil-Lvant ta’ Malta jiġu evitati matul din il-ġurnata hekk kif ir-riħ mistenni li jilħaq qawwa ta’ forza 4.

L-iktar bajjiet li mistennija li jiġu affetwati huma dawk fiż-żoni ta’ Ta’ Sliema u l-Qawra. Minn naħa l-oħra, bajjiet fuq in-naħa l-oħra tal-kosta Maltija bħal Ġnejna, Għajn Tuffieħa, Golden Bay u Birżebbuġa huma bajjiet iktar siguri għall-għawm.

Madanakollu, huwa importanti li wieħed xorta waħda joqgħod attent għal bandiera li tittella’, kif ukoll isegwi l-istruzzjonijiet li jingħataw minn persuni ta’ salvataġġ li jkun hemm fuq kull bajja.