Lokali

20 sena ta’ suċċess għall-lukanda Kempinski

20 sena suċċess – snin illi fihom il-Lukanda Kempinski f’San Lawrenz saret simbolu tal-industrija turistika fil-gżira Għawdxija – investiment xprunat minn Baldacchino Group fl-1999 bis-sostenn ta’ Gvern Nazzjonalista illi dejjem emmen fil-potenzjal enormi ta’ Għawdex, li jista’ joffri prodott ta’ kwalità għolja lit-turisti li jżuruna.

Fiċ-ċelebrazzjoni ta’ dan l-anniversarju, spikka l-mod professjonali li bih ħadem il-Grupp tul dawn l-20 sena. Familja, li għamlet il-ħolma ta’ missier… li llum m’għadux magħna… realta’.

Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Dorothy Baldacchino, waħda mill-ulied ta’ Joe Baldacchino, stqarret kif huma qed jagħmlu minn kollox u se jkomplu jaħdmu biex jinvestu f’turiżmu ta’ kwalita …u mhux sempliċimenti jagħtu kas il-kwantita’. Hi sostniet li t-turiżmu huwa pillastru tal-ekonomija tagħna, u għalhekk għandna niżguraw li nkomplu ninvestu fl-edukazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri sabiex iż-żgħażagħ iħossu s-sentiment li l-industrija tal-ospitaita’ hija tassew waħda li tagħti sodisfazzjon.