Parlament

Adrian Delia jappella lil Muscat biex jaġixxi fl-interess nazzjonali wara r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia appella lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jaġixxi fl-interess nazzjonali wara r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa.

Fil-parlament Adrian Delia qal li s-sistema sħiħa tad-demokrazija u l-ġustizzja f’Malta hi mherrija mill-pedament. Hu kompla li d-dibattitu jrid isir fuq is-sustanza tal-ġustizzja f’dan il-mument.

Fil-qorti hu qed jitlob li l-Avukat Ġenerali jieqaf joħloq żbilanċ minħabba li r-rapport Egrant – li hu rikonoxxut bħala ta’ interess nazzjonali – u li dan qed jibqa’ fil-ħakma tal-gvern u l-poplu minħabba li l-Oppożizzjoni mhux jingħataw aċċess għalih.

Hu żied li kien talab biex tliet ministri tal-gvern jitilgħu jixhdu għaliex jidher li dawn għandhom informazzjoni ristretta għall-Prim Ministru u l-Avukat Ġenerali biss mill-inkjesta Egrant.

Il-verità mhix tal-gvern jew tal-Oppożizzjoni iżda hi kontenuta f’dokument u li għandha titpoġġa għandu iż-żewġ partijiet biex isir l-interpretazzjoni politika. Dawn il-ministri għandhom jispjegaw kif l-Oppożizzjoni u l-poplu m’għandux.

Il-pajjiż reġa’ għaddej mill-iskrutinju Ewropew u dinji u mhux tal-UE biss fejn il-Kunsill tal-Ewropa għamel rapport li ffoka fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galia u ssaltna tad-dritt f’Malta u lil hinn. Dan ir-rapport ikkonkluda ħafna affarijiet li huma ta’ preokupazzjoni kbria. Il-PN hu obbligat li jiddefendi r-reputazzjoni tal-pajjiż barra minn Malta iżda jrid jitlob ukoll lill-gvern f’Malta biex jikkunsidra dak li qed jingħad.

Ir-rapport jgħid li n-nuqqasijiet tal-Gvern ma jikkonċernawx lil Malta biss iżda qed jesponu lill-Ewropa kollha għax qed jiftħu l-bibien għan-nuqqasijiet tal-UE. Ir-rapport jgħid ukoll li ċ-ċittadinanza Maltija hi wkoll Ewropea. Il-Gvern qed jibqa’ jippersisti li ma jbiddilx u ma jagħtix is-saħħa lill-istituzzjonijiet biex il-ġustizzja f’Malta isseħħ u tifher li qed isseħħ.

H tkellem dwar iċ-ċittadinanza u qal li Malta qed tbiegħ ruħha lil ftit mijiet ta’ nies b’effett negattiv fuq is-settur finanzjarju għaliex kien ċar li se jkun hemm l-abbużi minn din is-sistema b’nies li jridu jieħdu ċ-ċittadanza Malta. Dan kellu konsegwenzi fl-Ewropa. Ir-reputazzjoni li Malta kienet tgawdi fl-Ewropa ntilfet.

Dwar is-settur banakrju, Adrian Delia staqsa kif jista’ jkun li bank ewlieni Malti (BOV) għaddej minn diffikultajiet kbar minħabba li qed jitlef il-correspondent bank fid-dollaru u l-Prim Ministru jgħid li dan hu frott tas-suċċess. Il-PL lest li jagħmel dak kollu biżżejjed biex dan ma jkollux konsegwenzi negattivi fuq il-pajjiż.

Adrian Delia tkellem dwar il-ġudikatura u qal li r-rapport tal-Kunsill Ewropa jgħid li l-Prim Ministru għamel diversi ħatriet kontroversjali ta’ ġudikanti minħabba li huma viċin il-PL u mhux minħabba l-kapaċità tagħhom Hu semma’ l-Panama Papers u appella lill-Prim Ministru biex ibiddel il-pożizzjoni tiegħu u jieħu d-deċiżjonijiet favur ir-reputazzjoni tal-pajjiż biex l-affarijiet ħżiena jitjiebu minnufih.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Kunsill tal-Ewropa jinsisti li ssir investigazzjoni indipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qal li l-PN mill-ewwel ippreżenta mozzjoni biex dak kollu li investigat Daphne Caruana Galizia jkun investigat.

Il-Gvern kien qatel din it-talba flimkien mat-talba biex issir inkjesta dwar jekk setax isir xi ħaġa biex dan il-qtil ma jsirx. Dan ir-rapport qed jinsisti mal-gvern Malti biex isiru l-investigazzjonijiet.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jitkellem dwar il-Konvenzjoni Kostituzzjonali u qal li l-liġi dwar l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hi parodija ta’ dak li talbet il-Kummissjoni Venezja. Hu qal li fil-pajjiż m’hawnx il-pedamenti tad-demokrazija salvagwardja u appella lill-Prim Ministru biex jaġixxi fl-interess tal-pajjiż mhux għax qed jgħidulu l-barranin iżda għax irid jissaħħu għall-Maltin biex b’hekk titjieb ir-reputazzjoni ta’ Malta.

Hu tkellem dwar il-ħatriet importanti f’Malta u qal li l-Ewropa hi tan-nies u li l-PPE jrid jagħti lura l-Ewropa lin-nies. L-għażla tan-nies għandha tkun rispettata u għalhekk la n-neis għażlu lill-PPE bħala l-ikbar partit din l-għażla għandha titwettaq għax il-popli ddejqu li jkunu l-politiċi li jagħżlu għalihom, temm Adrian Delia.